Sib għodod għal feedback dwar kontenut, u għar-rapportar u għall- appelli
Ħloqna paġna dedikata biex tgħinek issib modi kif tirrapporta kontenut dannuż fuq diversi mill-prodotti u mis-servizzi tagħna. Dawn l-għodod huma importanti u qed naħdmu ħafna biex nagħmluhom kif suppost.
Ir-rapportar ta' kontenut u l-għoti ta' feedback
Ħafna drabi l-għażla li tirrapporta tinstab fil-prodott jew is-servizz innifsu jew fil-politiki tiegħu. Meta jkun possibbli, jekk tipprovdilna informazzjoni kompleta tgħinna ninvestigaw il-mistoqsija tiegħek. Biex issir taf aktar dwar kif ngħinu lilek, lill-familja tiegħek, u lill-apparati tiegħek jibqgħu sikuri online, żur iċ-Ċentru ta' Sikurezza.
Aċċessa l-formoli tar-rapporti għal servizzi magħżulin
Formoli tar-rapporti importanti oħrajn
Qed tfittex formola li mhix murija hawn?
Iftaħ il-politiki tagħna u agħżel servizz biex issib il-formola għar-rapporti tiegħu.
Kif tappella azzjonijiet meħuda minħabba ksur tal-politiki tagħna
Il-proċess ta' appelli tagħna għandu l-għan li jiżgura proċess xieraq, effiċjenza u trasparenza għall-utenti li jappellaw kontra d-deċiżjonijiet ta’ infurzar tagħna. Prodotti differenti jipprovdu metodi differenti ta' appell. Għandu mnejn ikollok l-opportunità li tieħu azzjoni min-notifika tal-ksur tiegħek, u aħna nippreżentaw lista mhux eżawrjenti ta' formoli ta' appelli marbuta hawn. Aħna nindirizzaw it-talbiet ta' appell li jidħlu malajr kemm jista' jkun biex niċċaraw ir-rekwiżiti u ngħinu lill-utenti jifhmu l-azzjonijiet meħuda f'isimhom.
Aċċessa l-formoli tal-appell għal għadd ta' servizzi
Formoli importanti oħrajn
Sir af iktar dwar l-azzjonijiet kontra l-ksur tal-politiki tagħna
Aqra iktar dwar kif jaħdmu l-azzjonijiet kontra l-ksur tal-politiki tagħna, ir-rapporti, l-appelli u iktar.